Sport Sport Ieħor

56 atleta jiksbu ċintorin ġdid fil-kickboxing

Fl-aħħar jiem, il-World Kickboxing Network (WKN) flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kickboxing (MKBA) organizzat it-tieni edizzjoni tal-eżamijiet għal din is-sena. L-eżamijiet saru fil-Ying Yang Kickboxing Club fil-Fgura u kienu taħt it-tmexxija ta’ Kancho Adrian Axisa f’isem id-WKN u l-President tal-MKBA Isaac Chetcuti.

It-tim tal-eżaminaturi kien jikkonsisti minn Demis Scicluna, Noel Mercieca, Evan Frendo, Keith Zammit u Clayton Micallef bl-għajnuna ta’ Daniel Zahra u Karl Mifsud.

Apparti n-numru sostanzjali ta’ atleti minn Team Noel, kien hemm ukoll studenti mill-klabbs ta’ Kibishii Michi u The New Kickboxing Club. Dawn l-istudenti kienu eżaminati fuq diversi aspetti fosthom l-eżerċizzju fiżiku, tekniki differenti u l-ġlied fih innifsu.

Eżamijiet bħal dawn mhux biss jgħinnu lil dawn il-ġellieda fil-qasam tal-isport iżda jservu ta’ għajnuna kbira fil-mentalità tal-individwu. Permezz ta’ dawn l-eżamijiet, l-atleti jemmnu aktar fihom infushom meta jaraw li t-taħriġ kontinwu qed iħalli l-frott tiegħu.

L-atleti li kisbu dawn iċ-ċintorini ġodda huma:

Ċintorin Isfar – Matthias Pace, Kane Wright, Mark Ellul, Shania Ellul, Alex Zhumascho, Yuri Mikhailovich, Allana Attard, Aiken Buhagiar, Chad Schembri, Nicole Busuttil, Zeyon Fenech, Sergei Saliba, Kieron Galton, Shyan Sammut, Scott Pace, Noelene Cole, Keon Darmanin, Kirill Strunkov, Paul Sciberras, Eaman Cachia, Kyle Agius, Ben Amato, Ryan Bowd u Martina Frendo

Ċintorin Oranġjo – Kurt Vella, Charlone Agius, Yasmine Pulis, Steve Galea, Xanthe Briffa, Stephen Mifsud, Terence Zahra, Jonathan Muscat, Justin D’Amato, Rheane Briffa, Carlos Murhino, Karl Witschurke , Amson Mercieca, Isaac Bugeja u Danzell Azzoppardi

Ċintorin Aħdar – O’Jay Mangion, Jasmine Spiteri, Kersty Rizzo, Brenda Spiteri, Emilio Barbara, Anouska Naudi, Alan Aquilina, Andrew Mamo, Madeline Vassallo, Fay Cortis u Jakov Bosnjak

Ċintorin Blu – Lorin Scicluna, Jeffrey Schembri u Kim Besancon

Ċintorin Vjola – Jessica Casha u Matthew Brown

Ċintorin Iswed (First Dan) – Jesred Piscopo