Matul din il-ġimgħa kien hemm bosta li ikkummentaw dwar il-kwalita’ tal-arja f’pajjiżna, it-tniġġis ikkawżat mill-emmissjonijiet tal-karozzi, l-arja fgata, it-trab minn siti ta’ kostruzzjoni – diskussjoni li qed issir fid-dawl tal-fatt li l-Gvern sab ruħu fit-tieni post mal-aktar pajjiżi li żieda l-emmissjonijiet fl-2018.
Qarrej ta’ dan is-sit qalilna li dan il-fatt lanqas biss hemm bżonn tispjegah bil-kliem…għaliex tista’ tfissru b’mod sempliċi billi turi r-ritratt li qed nippubblikaw hawn fuq.
Fl-2018, l-emmissjonijiet f’Malta żdiedu b’6.7 fil-mija – ferm agħar mill-Estonja, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Litwanja.
Ir-realta’ hi, li gvernijiet oħra Ewropej għamlu minn kollox biex inaqqsu t-tniġġis fl-arja tant illi pajjiżi bħall-Portugall, il-Bulgarija, l-Olanda u l-Kroazja rreġistraw tnaqqis fl-emmissjonijiet b’riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi li ħadu fl-aħħar xhur, u pjan ċar f’dan ir-rigward għas-snin li ġejjin.