Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsilli Lokali qegħdin hemm biex iservu lir-residenti

Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista offrew il-kandidatura tagħhom għax iħobbu l-lokalità u mhux għax ġew imwiegħda xi ħaġa. Sostna dan il-Koordinatur tal-Kunsilli Lokali f’isem il-PN u kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-lokalità tal-Fgura, Charles Bonello waqt diskussjoni dwar il-Kunsilli Lokali li saret fuq radju RTK.

Huwa sosnta li l-PN għandu grupp ta’ kandidati tajbin ħafna: 296 kandidat – 177 huma diġà kunsilliera – 28% huma nisa filwaqt li 23% huma żgħażagħ. Dan huwa numru tajjeb ħafna ta’ kandidati li l-PN qed iressaq quddiem l-elettoral Malti

Min-naħa tagħha, Graziella Galea, kandidata fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar qalet li l-prijorita dejjem trid tibqa’ r-residenti. L-aħħar terminu ma kienx wieħed faċli, fejn it-terminu beda b’ammont kbir ta’ dejn li ntiret minn kunsill preċedenti. Fl-2017 kien hemm ukoll tfixkil min-naħa tal-kunsilliera Laburisti li ma kinux jattendu għal-laqgħat u għalhekk il-ħidma tal-Kunsill ma setgħetx timxi b’mod sew.

Charles Bonello saħaq li fil-Fgura hemm bżonn jinħoloq bilanċ bejn il-problema tat-traffiku u l-attività kummerċjali. Fil-programm elettroali tal-PN waħda mill-porposti hi li kunsilliera Nazzjonalista se jaħdmu biex jiżdiedu l-parking bases, dan għaliex ir-resident irid ikun moqdi. Bonello saħaq li kien il-Gvern li blokka r-residence parking scheme wara li l-Kunsill Lokali propona din l-iskema. Il-Kunsilliera tal-PN qed jipproponu li l-għassa u l-berġa jiċċaqalu minn fejn huma llum ħalli jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

Graziella Galea tkellmet dwar diversi wegħdiet li suppost ġew implimentati mill-Gvern f’San Pawl il-Baħar iżda sal-lum għadhom ma twettqux.

Charles Bonello temm jgħid li l-PN iħares lejn il-Kunsilli Lokali bħala servizz lejn ir-residenti tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex. Fakkar li kien il-PN li waqqaf il-Kunsilli Lokali 25 sena ilu u daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.