Il-Ministru tas-Saħħa ta’ pajijżna ma tantx jidher li hu inkwetat bl-aħħar riżultati li kiseb pajjiżna f’dawk li huma emissjonijijet perikolużi fl-arja.
Net News staqsa lill-Ministru dwar dan – staqsejnih eżatt x’inhu jagħmel il-Gvern u l-Ministeru tiegħu dwar din il-problema.
Il-Ministru Fearne kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijijet fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Infermieri…. li matulha tkellem ukoll Paul Pace, President tal-MUMN li rrefera għall-isfidi kontinwament jikbru fil-qasam tas-saħħa… fosthom dawk li qed jirriżultaw direttament miż-żieda qawwija fil-popolazzjoni – bi Chris Fearne jidher skomdu għall-kummenti ta’ Paul Pace.
Infatti issa il-moda ġdida hi….li kurituri li jintużaw biex jitqegħdu fihom il-pazjenti….saru jingħataw isem… daqs li kieku huma wards, bħalma sar bl-MIU, l-MITU u l-Observation 1A biex insemmu biss ftit.
Paul Pace tkellem ukoll dwar il-kundizzjonijiet diffiċli ferm li qed jaħdmu fihom l-infermiera u t-tobba fid-dipartiment tal-kura intensiva…. tant li… għal-ewwel darba… il-union qed tikkunsidra toħroġ direttivi f’dan id-dipartiment
Intant staqsejna wkoll lill-Ministru Fearne dwar il-mediċini għall-kundizzjoni tal-ADHD… fejn fl-aħħar ġimgħat, il-mediċini li tingħata mill-POYC biex tikkontrolla din il-kundizzjoni… inbidlet għal waħda irħar u inferjuri, b’rizultati dizastruzi għall min jiddependi fuq din il-mediċina.
Dwar dan, il-Ministru pratikament qalilna li s-sitwazzjoni baqget ma nbidlitx…. qalilna biss… li għaddejjin diskussjonijiet mal-professjonisti.
//= $special ?>