Is-Socjalisti Ewropej jridu l-abort fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Fil-manifest elettorali, is-Soċjalisti ddikkjaraw li jridu l-abort jekk jieħdu l-maġġoranza fil-Parlament Ewropew. Huma saħqu li jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess sħiħ għad-drittijiet riproduttivi.
Dan filwaqt li komplew jisħqu li kull persuna fl-Ewropa ikollha dritt li tiddeċiedi x’tagħmel b’ġisimha. Il-Partit Laburista Malti qabel ma dan il-manifest u għaldaqstant għamlu tiegħu.
Il-Prim Ministru awgura lil Frans Timmermans, il-mexxej tas-Soċjalisti Ewropej, kull suċċess u wiegħdu s-sostenn kollu meħtieġ.
Ġaladarba li s-Soċjalisti jakkwistaw l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew, Frans Timmermans jinħatar President tal-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>