Fi żjara li għamel fr-raħal ċkejken tal-Imtarfa….il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tkellem mar-residenti u sema’ dak li l-aktar qed iħassibhom fil-lokalità tagħhom.
Waħda mill-affarijiet li qegħda tinkwieta lir-residenti hija n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar dak li se jiġri minn binja antika ħafna li hemm fil-lokalità u li sa ftit żmien ilu kienet skedata. Din hija l-binja hi l-Isolation Hospital li tinsab fil-qalba tar-raħal.
Għal xi raġuni din il-binja tneħħiet mil-lista ta’ binjiet skedati…u kien hemm ukoll pjanijiet biex titneħħa u minfokha tinbenea binja ta’ 6 sulari fuq medda kbira ta’ art.
Ir-residenti li tkellmu mal-Kap tal-PN urew it-tħassib tagħhom, b’Adrian Delia jgħid li jeħtieġ li l-Gvern jara li jinstemgħu ir-residenti fuq kwistjonijiet li jolquthom mill-qrib.
Adrian Delia kellu wkoll iċ-ċans jiltaqa’ ma xi bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom taħt l-Imtarfa.
Il-bdiewa esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-ġejjieni tal-biedja f’pajjiżna bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar l-importanza li dan is-settur jingħata s-sostenn li jixraqlu.
Għal din il-laqgħa mar-residenti tal-Imtarfa kien hemm preżenti kadidati tal-Partit Nazzjonalista għal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fuq din il-lokalità.
//= $special ?>