Lokali

Min lest jinvesti għandu jiġi mgħejjun – Adrian Delia

Bħala pajjiż irridu naraw li min hu lest ikompli jinvesti, igawdi wkoll minn inizjattivi li jtih l-Istat biex ikompli jkabbar. Hu importanti li l-kumpaniji lokali jkomplu jgawdu minn aktar promozzjoni ħalli jkunu jistgħu jikkompetu.

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt żjara fl-uffiċċji tal-kumpanija Yobetit f’Ħaż-Żebbuġ. Hu ntlaqa’ mill-Fundatur u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Nikolai Livori.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista nnota wkoll kif f’din il-kumpanija ssib taħlita ta’ Maltin u barranin, li kapaċi jaħdmu flimkien fi spazju miftuħ, fejn wieħed ikun jista’ jqabbel l-ideat.

Min-naħa tiegħu, Nikolai Livori qal li hu sabiħ li l-politiċi dl-aħħar qed jagħtu kas kumpaniji Maltin bħal din, li qed toffri servizz f’pajjiżna, anke billi tara l-bżonnijiet tas-suq lokali. Hu appella għal aktar attenzjoni mill-awtoritajiet biex kumpaniji bħal din ikomplu jiżviluppaw.

Matul iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, mill-Kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roselyn Borg Knight u Michael Mercieca, kif ukoll minn kandidati għall-elezjonijiet tal-Kusilli Lokali.