Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab kritikament hekk kif allegatament ingħata daqqa fuq rasu.
Il-każ seħħ il-Ħamis, għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar, fir-residenza tal-vittma fi Triq Dawrett San Pawl il-Baħar, fix-Xemxija. Il-vittma ta 49 sena nstab mixħut barra d-dar mill-uffiċjali tal-Pulizija.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li xi persuni daru lil vittma hekk kif allegatament qabadhom fil-fatt jiprovaw jisirqu mir-residenza.
Filwaqt li kull min għandu xi dettalji dwar il-każ għandu jinforma lill-uffiċjali minnufih, il-Pulizija għaddejja bl-investigazjonijiet meħtieġa.
Intant bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li fetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
//= $special ?>