Lokali

Vandalizzati aktar banners tal-Partit Nazzjonalista

Sinjali ċari ta' vandaliżmu

Il-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista qed juża’ għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju jidher li qed jagħti ġewwa wisq f’għajn dawk li ma jemmnux fil-messaġġ.

Dan qed jidher ċar bl-għadd ta’ banners imwaħħla fit-toroq u li jidhru li tqattgħu b’mod vendikattiv. Pereżempju, ritratti ppubblikati fuq Facebook juru r-riżultat aħħari wara l-att vandalu li seħħ ftit tal-jiem ilu fiż-żona tal-Bajja ta’ Spinola.

Ir-ritratti meħuda juru biċ-ċar li dawn iċċarrtu b’mod vendikattiv u mhux minħabbaxi elementi tan-natura, b’ħafna jikkummentaw fuq Facebook li mhux aċċettabbli li dawn l-atti għadhom isiru f’pajjiż suppost demokratiku fl-2019.