Mara ta’ 86 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq in-Naxxar.
Il-Pulizija qalet li l-anzjana, li hi minn San Ġwann, intlaqtet minn vettura tat-tip Landrover Freelander misjuqa minn mara ta’ 40 sena, ukoll minn San Ġwann.
L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea.
//= $special ?>