Operaturi ewlenin fis-settur tal-bejgħ f’pajjiżna qed juru tħassib serju dwar tnaqqis fil-bejgħ matul din is-sena. Sostniet dan il-Kap Eżejuttiv tal-GRTU Abigail Mamo.
L-andament tal-bejgħ f’Jannar kien wieħed kajman u l-bejjiegħa kienu qegħdin jittamaw li l-affarijiet jitjiebu, iżda minflok il-bejgħ kompla jmur lura b’mod sinifikanti. Filfatt April kien l-agħar xahar sal-lum.
B’mod ġenerali huma qed jirrappurtaw li l-bejgħ naqas b’mod sinifikanti meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Il-GRTU qalet li filwaqt li din is-sitwazzjoni ma kinitx stampa ċara tas-setturi ekonomiċi kollha f’pajjiżna – is-settur tal-imnut hu wieħed mis-setturi ewlenin fl-attività ekonomika ta’ Malta. Din is-sitwazzjoni hija wkoll konformi ma’ xejriet simili rrappurtati minn industriji oħra fosthom is-settur turistiku kif ukoll is-suq tal-kera.
Mistoqsi dwar din il-kwistjoni, il-President tal-Komunità tan-negozji ta’ Triq ir-Repubblika tal-Belt Valletta, Paul Fenech, ikkonferma wkoll li kien hemm tnaqqis fil-kummerċ bl-imnut. Huwa qal li kien hemm tnaqqis, u naturalment dejjem jistennew li jaraw titjieb sena wara l-oħra.
//= $special ?>