Il-Bank of Valletta jidher li illokalizza il-flus illi fadal mhux miġbura wara s-cyber attack li seħħ fuq is-sistemi tal-BOV fi Frar – attakk li fih insterqu €13-il miljun.
Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-BOV tħabbar li l-bank diġa’ ġabar lura madwar €10m.
Jidher li l-ammont ta’ €2.9 miljun li fadal jinġabru lura, ġew lokalizzati f’Hong Kong. F’dan il-perijodu, il-bank ħadem ħafna biex isaħħaħ is-sistemi ta’ sigurta u l-IT, tant li inġiebu esperti barranin.
Fl-AGM tiegħu l-uffiċjali tal-BOV qalu li mhux se jaċċettaw aktar klijenti li m’għandhomx rabta ma’ Malta.
//= $special ?>