Ekonomija Lokali

Issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-FIMBank

Images - Rene Rossignaud

Matul l-2018 il-Grupp FIMBank irreġistra profitt wara t-taxxa ta’ $10.2 miljun. Dan meta is-sena ta’ qabel il-profitti kienu ta’ $7.7 miljun.

Dawn iċ-ċifri ħarġu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-FIMBank li saret aktar kmieni din il-ġimgħa.

Id-Diretturi tal-bank spjegaw li dan is-suċċess hu dovut għall-fatt illi l-Grupp kompla saħħaħ il-bażi soda tiegħu u ġab trasformazzjoni li rriżultat fi dħul akbar.

Kif spjega ċ-chairman John C Grech, din is-sena l-grupp FIMBank qed jiċċelebra l-25 anniversarju.