Lokali Mużika

Joseph Calleja jkollu jirtira minn opra fi Vjenna minħabba raġunijiet ta’ saħħa

It-tenur Malti Joseph Calleja ħabbar li kellu jirtira minn opra li kien qed jieħu sehem fiha fi Vjenna, fl-Awstrja.

Fuq twitter Calleja qal li jinsab diżappuntat ħafna li se jkollu jikkanċella l-esebizzjoni tiegħu. Matul dawn il-ġimagħtejn Calleja kien qed jinterpreta l-parti tad-duka fl-opra Rigoletto ta’ Giuseppe Verdi.

Fl-istess post huwa talab apoloġija, fejn qal li jinsab ma jiflaħx, iżda qal li se jkun irkupra sal-ġimgħa d-dieħla, u li se jkompli bl-esebizzjoni tiegħu f’Wimbledon, f’Londra.

Kienu bosta dawk li ssimpatizzaw ma’ Calleja u awgurawlu fejqan ta’ malajr.