Il-Prim Ministru Joseph Muscat f’San Pawl il-Baħar, kif għamel f’diversi okkażjonijiet oħra, reġa’ għażel b’mod inġust li jattakka t-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. B’mod intenzjonat però Joseph Muscat naqas milli jgħid li ħafna mit-tfixkil li esperjenza l-Kunsill ta’ San Pawl il-Bahar fl-aħħar snin kienu jaħtu għalih il-Kunsillieri eletti f’isem il-Partit Soċjalista.
Sostna dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Komunitajiet u l-Fondi Ewropej Robert Cutajar.
Tfixkil minn kunsillieri Soċjalisti li fisser li kien hemm ħlasijiet ta’ pagi tal-ħaddiema tal-Kunsill li damu ma’ tħallsu. Tfixkil li fisser ukoll li anke proċess ta’ tenders għal xogħlijiet fil-lokal kellu jieqaf sempliċement għax kunsillieri f’isem il-Partit Soċjalista kienu jitilqu ‘l barra mil-laqgħat tal-Kunsill b’intenzjoni ċara li jfixklu l-operat tal-Kunsill. Il-Prim Ministru dan kien jafu sew tant illi individwi li kienu l-protagonisti f’dan it-tfixkil ma’ kellhomx jitħallew jikkontestaw li però llum spiċċaw xorta waħda fuq il-lista tal-kandidati f’isem il-Partit Soċjalista.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas ukoll milli jsemmi li l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ma’ sabx l-appoġġ mill-awtoritajiet konċernati sabiex jinstab Segretarju Eżekuttiv b’mod permanenti. Għal aktar minn 3 snin il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ħadem bla Segretarju Eżekuttiv permanenti. L-intenzjoni aħħarija tal-Gvern Soċjalista kienet li jaħtaf il-Kunsill Lokali kontra r-rieda tal-poplu tant li l-Partit Nazzjonalista ħtieġlu jmur il-Qorti biex jara li d-deċiżjoni tar-residenti ta’ San Pawl il-Baħar fl-aħjar elezzjoni tibqa’ tiġi rispettata.
Il-Prim Ministru għoġbu jsemmi r-riżenji li seħħew fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar però ma’ kellux il-kuraġġ jgħid li l-Partit Soċjalista kellu wkoll numru ta’ riżenji fl-istess Kunsill matul l-aħħar snin u ma qallhomx li l-Kunsilli m’humiex super favoriti. Il-Prim Ministru naqas ukoll li jsemmi li l-Kunsill Lokali ntalab aktar minn €1 miljun minn Infrastuttura Malta fuq xogħlijiet ta’ toroq meta l-istess Gvern, permezz tal-Ministru Ian Borg, b’mod diżonest ma’ kellux il-kuraġġ u jgħid li x-xogħlijiet fuq it-toroq li saru fl-aħħar ġimgħat tħallsu kollha minn fondi tal-Kunsilli Lokali. Dan minkejja li l-Gvern ta’ l-impressjoni li se jkun hu li se jagħmel tajjeb għalihom.
//= $special ?>