Lokali

L-MEP’s tal-Partit Soċjalista Malti vvutaw favur l-abort 16-il darba

L-MEP’s tal-Partit Soċjalista Malti vvutaw favur l-abort 16-il darba.

Sostna dan l-MEP tal-PN David Casa waqt dibattitu politiku fil-programm Xarabank ma’ Alfred Sant.

Casa qal ukoll li Konrad Mizzi u Keith Schembri jinsabu għaddejin minn investigazjzoi kriminali u sal-ġurnata tal-lum għadhom spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru Joseph Muscat. U quddiem dan kollu, Alfred Sant qed jiddefendihom.

F’diskors isteriku Alfred Sant baqa’ jirrepeti l-għajta vjolenti tiegħu.

Fl-intervent tagħha Robert Metsola sostniet li hi mhix lesta li tiddefendi l-ħsara li Konrad Mizzi għamel għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Roberta Metsola fakkret kif 15-il sena ilu kien il-PN li daħal lil Malta fl-EU…. u għalhekk hemm bżonn li nkomplu naħdmu flimkien għal pajjiżna sabiex is-sewwa jirbaħ żgur.

Francis Zammit Dimech minn naħa tiegħu saħaq li llum qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn il-pensjonanti mhux qed ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar, għax il-ħajja qed togħla b’ritmu mgħaġġel.

Huwa insista wkoll illi rridu li Malta tibqa’ tiddeċiedi hi fuq it taxxa u fuq l-abort… u mhux kif jiddettawlna s-Soċjalisti Ewropej.

Fost l-interruzzjonijiet tal-MEP Marlene Mizzi, Francis Zammit Dimech stqarr b’mod ċar li mal-Gvern preżenti r-rgħiba tiġi l-ewwel u qabel kollox.