Lokali

Lucy wkoll toħroġ mill-ITU wara t-traġedja ta’ xahar ilu fil-Mosta

Minkejja li għadha rikoverata fl-Isptar Mater Dei, Lucy wkoll issa ħarġet mill-ITU u għalhekk il-qagħda tagħha tinsab aħjar.

Lucy hi l-bużnanna ta Eli, li wkoll salva minn din it-traġedja. Tiġi wkoll omm Graziella u n-nanna ta’ Fallon, iż-żewġ vittmi tal-inċident tal-Ħadd 14 t’April fil-Mosta.

B’hekk din hi t-tieni aħbar tajba qalb it-traġedja, wara li fit-18 t’April li għadda anke Eli kien ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Lucy kien ilha kważi xahar taħt kura intensiva.

F’kummenti fuq il-midja soċjali, qraba ta’ Lucy rringrazzjaw lill-infermiera u l-istaff tal-Isptar Mater Dei għad-dedikazzjoni tagħhom u ħabbru li qed tirkupra tajjeb.