Il-Gvern Malti offra lill-Italja li jieħu wħud mill-immigranti li fl-aħħar sigħat iddaħħlu fil-pajjiż ġar tagħna.
Iddikjara dan il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, li qal li Malta hi fost il-pajjiżi li offrew li jieħdu wħud mill-immigranti. Mhux magħruf kemm pajjiżna se jaċċetta persuni.
L-immigranti, 36 persuna, ġew salvati f’ibħra internazzjonali mill-bastiment navali Taljan Cigale Fulgosi u ddaħħlu l-Italja fl-aħħar sigħat.
S’issa, iktar minn 24 siegħa wara li ddikjara dan Giuseppe Conte, il-Gvern Malti għadu ma ħabbarx dawn id-dettalji.
//= $special ?>