Lokali

Pajjiżna jixraqlu aħjar – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalisra Adrian Delia attenda attività organizzata mill-Kandidat għaall-Parlament Ewropjn Peter Agius, fiż-Żurrieq.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar kif il-Gvern qed jidħaq bil-Maltin għax minkejja li jgħid l-poplu qed jaqla’ iżjed, dan mhux jinħass fil-bwiet tal-familji.

Min-naħa tiegħu, Peter Aguis spjega kif jixtieq li jagħti l-ideat u l-enerġija kollha tiegħu ħalli jagħti l-aħjar lil Maltin u l-Għawdxin fil-Parlament Ewropew. Hu saħaq li l-Ewropa għandna tkun ta’ sostenn ghal kull ġenerazzjoni.