It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Bożnija u Ħerzegovina fil-5 ta’ Ġunju fl-Istadium Nazzjonali. Il-kowċ nazzjonali Silvio Vella u l-assistent Noel Turner sejħu għat-taħriġ skwadra proviżorja ta’ 24 plejer kontra l-Bożnija, logħba li hi parti mill-preparazzjoni għall-partiti minn Grupp 8 għall-Kampjonat Ewropew.
Iż-żgħażagħ Maltin se jibdew b’żewġ logħbiet barra l-pajjiż kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna f’Settembru. It-timijiet l-oħra huma d-Danimarka, ir-Rumanija u l-Finlandja.
Għal Vella din se tkun opportunità oħra biex jara diversi plejers hekk kif qed ikompli jipprepara biex joħloq l-iskwadra ġdida ta’ taħt il-21 sena. F’Marzu, it-tim Malti ħalla impressjoni tajba f’kamp ta’ taħriġ fit-Turkija, b’rebħa ta’ 2-1 kontra t-Turkmenistan u telfa ta’ 1-0 kontra l-Kosovo f’żewġ partiti ta’ ħbiberija.
L-iskwadra proviżorja
Gowlkipers: Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta), Maverick Buhagiar (Tarxien Rainbows)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Gary Camilleri (Senglea Athletic), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Connor Zammit (Hibernians), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta), Zachary Cassar (Senglea Athletic), Dejan Debono (St. Andrews)
Midfielders: Myles Beerman (Gżira United), Neil Frendo (FK Beograd), Marcus Grima (Barnsley), Russell Fenech (Sirens), David Xuereb (Hibernians), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Jan Tanti (San Ġwann), Jamie Zerafa (FK Indija)
Attakkanti: Ayrton Attard (Birkirkara), Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Sliema Wanderers), Aidan Friggieri (St. Andrews)
//= $special ?>