Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi

Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsimhar, raġel ta’ 35 sena kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Bur il-kbir, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel residenti l-Għarb Għawdex sofra xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll tal-mutur Hyosung u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.