Sport Sport Ieħor

Simona Halep fil-finali tal-Open ta’ Madrid u b’ċans li terġa’ ssir in-numru wieħed tad-dinja

(Ritratt: EPA)

Simona Halep kompliet bit-tentattiv li terġa’ ssir is-sid numru wieħed tad-dinja meta għelbet lil Belinda Bencic u se tilgħab il-finali tal-Open ta’ Madrid. Is-sid numru tlieta kellha reazzjoni tajba wara li tilfet it-tieni set b’rebħa ta’ 6-2, 6-7, 6-0.

Halep li għandha 27 sena, taqbeż lil Naomi Osaka jekk tirbaħ it-titlu. Hi tilgħab kontra Kiki Bertens jew Sloane Stephens li għelbet is-sena l-oħra fil-finali tal-Open ta’ Franza.

Halep waslet sal-finali tal-Open ta’ Madrid erba’ darbiet fil-karriera u rebħet it-titlu fl-2016 u fl-2017. Bencic li rebħet kontra l-Ġappuniża Osaka fil-kwarti tal-finali, kienet rebħet l-aħħar żewġ konfronti kontra Halep. Iżda r-Rumena ddominat fl-aħħar set f’dan it-tournament li jintlagħab fuq wiċċ tat-tafal li hu l-favorit ta’ Halep.