Lokali

Tal-Labour maqsumin fuq l-abort

Il-Gvern Soċjalista jinsab maqsum fuq l-abort.

Dan hekk kif il-maġġoranza tal-Kandidati tal-Partit Soċjalista Malti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma wiġbux domanda li saritilhom dwar jekk humiex favur li l-abort jidħol f’pajjiżna.

Wara 24 siegħa fejn kellhom iċ-ċans li jippreċiżaw il-pozizzjoni tagħhom, għaxra mil-erbatax-il kandidat tal-Partit Soċjalista xorta ma tawx it-tweġiba tagħhom fuq l-abort. Fost dawk li ma weġbux kien hemm l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Alfred Sant, li llum hu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, kif ukoll l-MEP Mirian Dalli, u l-kandidati Cyrus Engerer, Josef Caruana, Noel Cassar, Josianne Cutajar, Mary Gauci, James Grech, Joseph Sammut u Lorna Vassallo.

Is-survey li sar mil-Life Network Foundation saqsa lill-Kandidati tal-Elezzjonijet tal-Parmanet Ewropew fuq numru ta’ issues sensittivi fosthom l-abort, is-surrogacy kif ukoll l-ewtanasja. Il-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista wieġbu li huma kontra l-abort, is-surrogacy u l-ewtanasja. Dan għaliex huma kommessi li jħarsu d-dritt tal-ħajja ta’ kull ċittadin Malti.

Il-Gvern Soċjalista ilu żmien twil jibghat dawn il-messaġġi fuq l-abort. Xhieda ta’ dan huwa meta l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne qal li l-embrijuni huma biss minn tmien ċelloli.

Il-kwistjoni tal-abort qed tkun imbuttata ‘l quddiem minn Frans Timmerman; il-kandidat Soċjalista għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea – kandidat li għandu l-appoġġ totali tal-PM Joseph Muscat.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia ilu żmien twil jisħaq li għall-Partit Nazzjonalista t-tarbija fil-ġuf hija ħajja umana u mhux tmien ċelloli kif qed jgħid il-Partit Soċjalista.