Valtteri Bottas għadda lil Lewis Hamilton hekk kif Mercedes iddominaw it-tieni sessjoni ta’ provi liberi bi preparazzjoni għall-Grand Prix ta’ Spanja. Dawn il-ħinijiet jinkwetaw lil Ferrari li ntroduċew magna aħjar f’Barcelona u jinsabu taħt pressjoni biex jiksbu l-ewwel rebħa.
Charles Leclerc spiċċa 0.301 ta’ sekonda wara l-koppja ta’ Mercedes, b’sieħbu Sebastian Vettel itemm 0.088 warajh. Max Verstappen kien il-ħames l-aktar veloċi, tliet kwarti ta’ sekonda wara Bottas.
Bottas li jinsab punt fuq Hamilton fil-kampjonat wara erba’ tlielaq, kien 0.049 ta’ sekonda aktar veloċi miċ-champion tad-dinja. Hamilton tejjeb il-ħin fuq it-tyres soft.
Bottas spiċċa fil-quċċata wkoll fl-ewwel sessjoni qabel Sebastian Vettel u Charles Leclerc. Bil-pass tat-tellieqa, Mercedes jidhru aktar veloċi, meta wieħed jikkunsidra d-distanza twal b’karozza tqila bil-fuel. B’hekk mill-ewwel sessjonijiet jidher li Ferrari se jkunu qed jissieltu aktar ma’ Verstappen milli mas-sewwieqa ta’ Mercedes.
Kif spiċċaw it-tieni sessjoni
1. Valtteri Bottas (Mercedes) 1:17.284, 2. Lewis Hamilton (Mercedes) +0.049, 3. Charles Leclerc (Ferrari) +0.301, 4. Sebastian Vettel (Ferrari) +0.389, 5. Max Verstappen (Red Bull) +0.751, 6. Romain Grosjean (Haas) +0.869, 7. Pierre Gasly (Red Bull) +0.954, 8. Kevin Magnussen (Haas) +1.071, 9. Carlos Sainz (McLaren) +1.374, 10. Daniil Kvyat (Toro Rosso) +1.438, 11. Kimi Raikkonen (Alfa Romeo) +1.443, 12. Alexander Albon (Toro Rosso) +1.495, 13. Lance Stroll (Racing Point) +1.555, 14. Nico Hulkenberg (Renault) +1.577, 15. Daniel Ricciardo (Renault) +1.650, 16. Lando Norris (McLaren) +1.757, 17. Antonio Giovinazzi (Alfa Romeo) +2.143, 18. Sergio Perez (Racing Point) +2.164, 19. George Russell (Williams) +2.907, 20. Robert Kubica (Williams )+3.497
//= $special ?>