Lokali

85 immigrant jiddaħħlu f’Xatt it-Tiben

Il-Patrol Boat tal-AFM P51 kienet involuta f’salvataġġ ta’ 85 immigrant ‘il barra mill-kosta Maltija.

Sorsi qed jindikaw li l-immigranti spiċċaw f’diffikultajiet wara li fid-dgħajsa tal-injam li kienu fuqha beda dieħel l-ilma.

L-immigranti ddaħħlu f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tad-9.15 ta’ dalghodu – fosthom kien hemm ukoll sitt nisa u tarbija – fejn jilqgħuhom sabu 3 xarabanks, uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi sabiex jagħti l-assistenza medika lil kull min kellu bżonn.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.