Wara li għamel ġimagħtejn ixennaq lill poplu Malti bl-idea li se jħabbar proġett kbir ta’ spazju miftuħ ġdid li qatt ma kien hawn bħalu f’Malta, il-Prim Ministru fl-aħħar żvela x’inhu dan il-proġett grandjuż u, oħroġ il-għaġeb, dan il-proġett li Malta kienet għadha trid tara bħalu, issa sirna nafu li mhu xejn għajr proġett riċiklat.
Dan hekk kif Joseph Muscat ħabbar li dan il-proġett se jsir fil-post fejn diġà hemm il-park nazzjonali f’Ta’ Qali.
Fit-tnedija tal-progett, Muscat qal li dan il-Park se jirdoppja l-kobor tal-post, imma pjanti li wera hu stess juru li dan se jkun ferm iżgħar minn hekk.
Anke mill-analiżi li għamilna aħna, huwa ċar – kif immarkat fiz-zona safra – li l-proġett ta’ Muscat hu farka ħdejn il-Park Nazzjonali li ħoloq Gvern Nazzjonalista.

Ħafna ambjentalisti qed isostnu illi kien ikun tajjeb li kieku Joseph Muscat ikkommetta ruħu b’timeframe dwar dan il-progett, anke sabiex tingħata aktar ċertezza li dan il-proġett se jsir u se jitlesta fi żmien raġonevoli.
Il-Prim Ministru ħadha drawwa jwiegħed proġetti li jkunu jinstemgħu sbieħ u li jispiċċaw jibqgħu biss fuq il-karta bħal per eżempju il-park tal-Inwadar li kellu jsir fiz-zona taż-Żonqor, u li baqa’ ma sar xejn dwaru, jew l-adventure park tal-Fgura li ġie mniedi fl-2015 mis-Segretarju Parlamentari Laburista Chris Agius, u li għadu ħolma. Bħal ma baqgħu ħolma il-Park Reġjonali qrib is-swar tal-Kottonera u l-Park tal-Familja fil-Qortin Għawdex.
Kollha wegħdi sbieħ li s’issa għadhom kastelli fl-arja.
NGOs u nies viċin ħafna tas-settur ambjentali, fosthom Marco Cremona, jinsabu diżgustanti għall-mod li bih Muscat prova jbigħ l-idea li biddel spazju miftuħ fi spazju miftuh!

Cremona saqsa, x’se nissagrifikaw issa ghal dan l-att ta’ karita?
//= $special ?>