Futbol Sport

Ander Herrera jikkonferma li se jħalli lil Man United

Ander Herrera kkonferma li se jħalli lil Manchester United fi tmiem l-istaġun wara li tefa’ filmat fuq il-media soċjali. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem l-istaġun u l-midfielder ta’ 29 sena hu mistenni jingħaqad ma’ Paris Saint-Germain wara li rapport fil-media internazzjonali qed jgħidu li laħaq ftehim maċ-champions Franċiżi.

Herrera ngħaqad mar-Red Devils mingħand Athletic Bilbao fl-2014 u lagħab total ta’ 189 logħba. Kemm dam ma’ Manchester United, rebaħ l-Europa League, l-FA Cup u l-League Cup u l-Community Shield. Il-messaġġ tiegħu kien passjonali lejn il-partitarji fejn irringrazzjahom tal-appoġġ.

Il-captain ta’ Manchester United Antonio Valencia wkoll se jħalli l-klabb u għada mistenni jilgħab it-339 logħba mal-klabb. Il-kuntratt tiegħu wkoll jiskadi fi tmiem l-istaġun.