Futbol Sport

Atalanta fit-tielet post filwaqt li Milan u Lazio jkomplu jittamaw

(Ritratt: EPA)

Atalanta telgħu momentarjament fit-tielet post b’rebħa ta’ 2-1 fuq Sassuolo. Din il-logħba ntlagħbet fil-Mapei Stadium ta’ Sassuolo minħabba li qed isiru xogħlijiet fl-istadium tagħhom.mHuma fetħu l-iskor fil-bidu tat-tieni taqsima meta MUSA BARROW irċieva ballun fit-tul f’nofs id-difiża avversarja u minn qagħda tajba għeleb lil Andrei Radu li seta’ biss imiss il-ballun. Atalanta rduppjaw fit-53 minuta b’konklużjoni fil-baxx ta’ Berat Djimsiti tispiċċa fid-direzzjoni ta’ TIMOTHY CASTAGNE li skorja mill-qrib. Genoa naqqsu d-distakk fid-89 minuta b’xutt mill-kaxxa ta’ GORAN PANDEV iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed biex jevitaw it-telfa.

Milan kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fi Stadio Artemio Franchi fuq Fiorentina. B’dawn it-tliet punti r-Rossoneri komplew jittamaw li jiksbu post mal-ewwel erbgħa filwaqt li kabbru l-kriżi ta’ Fiorentina. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal wara 35 minuta bi kross mil-lemin ta’ Suso jsib lil HAKAN CALHANOGLU li b’daqqa ta’ ras xellef il-ballun wara Alban Lafont.

Lazio baqgħu jissieltu għal post fl-Ewropa b’rebħa diffiċli ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Cagliari. LUIS ALBERTO fetaħ l-iskor wara 31 minuta b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni ċentrali biex JOAQUIN CORREA rdoppja fit-53 minuta meta rċieva f’kontrattakk mingħand Alberto u għeleb lil Alessio Cragno b’xutt fil-baxx. Cagliari naqqsu d-distakk lejn it-tmiem minn LEONARDO PAVOLETTI.

Tags