Sport Waterpolo

Birżebbuġa jirbħu l-kampjonat tax-xitwa tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni sena konsekuttiva

(Ritratt: Trevor Sollars)

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 10 MARSASKALA FISH AND FISH……….. 4

(3-1), (2-0), (3-1), (2-2)

Birżebbuġa Freeport rebħu l-Kampjonat tax-xitwa tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni sena konsekuttiva meta b’wirja konvinċenti għelbu lil Marsaskala Fish and Fish. Dan l-unur jawgura tajjeb għal Birżebbuġa li fis-sajf qed jippruvaw jirbħu l-unuri wara d-diżappunt tas-sajf li għadda.

L-unika darba li Marsaskala kienu fil-vantaġġ kien fil-bidu tal-logħba meta Ayrton Camenzuli skorja fl-ewwel azzjoni tal-logħba. Christian Mifsud u doppjetta ta’ David Cutajar taw vantaġġ doppju lil Birżebbuġa. It-tim ta’ Pierre Borg kompla jkabbar il-vantaġġ fit-tieni sessjoni u daħal jistrieħ 5-1.

Huma għamlu ċert mir-rebħa fl-ewwel nofs tat-tielet sessjoni b’gowls minn David Pace Lupi u Christian Mifsud. Birżebbuġa bdew l-aħħar sessjoni b’vantaġġ komdu ta’ sitt gowl wara li Simon Vassallo wieġeb għal gowl ta’ Luca Felice.

Fl-aħħar sessjoni Birżebbuġa komplew jikkontrollaw hekk kif Marsaskala pruvaw jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli. Fi tmiem il-logħba, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Peter Perotti flimkien mal-Viċi President tal-ASA Karl Galea ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Birżebbuġa David Cutajar.

Birżebbuġa: D. Spiteri, Z. Farrugia Seychell, N. Cassar, D. Pace Lupi (3), C. Mifsud (3), R. Spiteri, S. Vassallo (1), D. Cutajar (2), J. Bajada, M. Cutajar (1), M. Borg, L. Borg, A. Bugeja, J. Cremona

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti (1), K. Navarro, L. Felice (1), J. Buhagiar, J. Culic, R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

Ikkummenta