Internazzjonali Lokali

Għexieren ta’ immigranti imutu ‘il barra mill-kosta Tuneżina

ritratt mill-arkivji

Madwar 65 persuna tilfu ħajjithom meta id-dgħajsa li kienu fuqha inqalbet. Il-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati fi stqarrija qalet li madwar 16-il persuna kienu salvati minn dgħajsa tas-sajd bejn it-Tuneżija u Malta. Id-dgħajsa hi maħsuba li telqet minn Zuwara fil-Libja il-Ħamis.

Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta kien involut fil-ħidma ta’ salvataġġ.

Skont l-ewwel rapporti ta’ dawk salvati, kien hemm bejn 60 u 70 persuna abbord.