Formula 1 Sport

It-tielet pole position konsekuttiva għal Bottas

(Ritratt: EPA)

Valtteri Bottas kiseb it-tielet pole position konsekuttiva meta għamel l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja. Hu kien l-uniku sewwieq li għamel ħin taħt il-minuta u 16-il sekonda, b’ħin impressjonanti ta’ 1:15.406.

Għal tellieqa oħra, l-ewwel filliera hi magħmula miż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes b’Lewis Hamilton jagħmel ħin aħjar minn Sebastian Vettel tal-Ferrari. Max Verstappen tar-Red Bull fired iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari u rnexxielu jagħmel ir-raba’ l-aħjar ħin. Pierre Gasly se jkun ħdejn Charles Leclerc fit-tielet filliera. L-ebda sewwieq mill-aħjar sitta ma tejjeb il-ħin fl-aħħar dawra tiegħu.

L-ewwel għaxra

1. Valtteri Bottas (Mercedes) 1:15.406, 2. Lewis Hamilton (Mercedes) 1:16.040, 3. Sebastian Vettel (Ferrari) 1:16.272, 4. Max Verstappen (Red Bull) 1:16.357, 5. Charles Leclerc (Ferrari) 1:16.613, 6. Pierre Gasly (Red Bull) 1:16.708, 7. Romain Grosjean (Haas) 1:16.911, 8. Kevin Magnussen (Haas) 1:16.922, 9. Daniil Kvyat (Toro Rosso) 1:17.573, 10. Daniel Ricciardo (Renault) 1:18.106

Tags