Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkuażat li darab kritikament lil raġel ta’ 49 sena fejn sfortunatament għadu qed jingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva hekk kif jinsab f’koma.
Il-każ seħħ tul il-ġurnata tal-Ħamis, fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar, hekk kif Luke Farrugia ġie akkuzat ukoll li seraq apparat elettorniku mir-residenza tal-vittma.
Madanakollu, filwaqt li ż-Żabbari ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, huwa insista li daħal fid-dar tal-vittma, sabiex skontu ‘isalva’ lit-tfajla tiegħu.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

