Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fil-Qawra hekk kif żewġ karozzi nħakmu min-nirien.
Il-każ seħħ fl-3.45 ta’ filgħodu fi Triq is-Sajjieda hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li n-nar tkebbes min-vettura tal-għamla BMW bil-konsegwenza li nbelgħet ukoll min-nirien il-karozza li kienet ipparkjata biswitha tal-għamla Smart.
Filwaqt li l-pumpiera kkontrollaw in-nirien f’qasir żmien, fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.
Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>

