Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja quddiem sieħbu Valtteri Bottas biex għal darba oħra il-Mercedes għamlu “double”. Għal Hamilton din kienet it-tielet rebħa ta’ l-istaġun u l-ħames rebħa nfila għat-tim, hekk kif Max Verstappen kien it-tielet sewwieq li tela’ fuq il-podjum.
Sebastian Vettel u Charles Leclerc tal-Ferrari spiċċaw ir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Ftit wara li rebaħ it-tellieqa Hamiton tkellem fuq ir-rebħa li kiseb u faħħar lit-tim Mercedes għal dan is-suċċess. S
“Qed ngħixu l-istorja, li jkollok l-ewwel ħames tlielaq tispiċċa l-ewwel u t-tieni. Ninsab kburi, anzi kburi ħafna, L-ewwel erba’ minkejja s-suċċess ma kienux tlielaq faċli. Anke t-tluq kien interessanti. Rajt il-karozza l-ħamra ddur magħna minn naħa ta’ wara.
“Ma kellhiex idea jekk kienux il-quddiem sew and kont konxju li Valtteri kien se jaħrab. Kont qed nipprova nżomm ir-roti sħan. Għad ma kellhiex l-aktar dawra veloċi s-sena kollha, u għalhekk sa fl-aħħar il-ġurnata li ridt waslet,” qal iċ-Champion tad-Dinja.
//= $special ?>