Lokali

Il-bandiera ta’ Malta fil-qiegħ miksi biż-żibel tal-baħar tax-Xemxija

Bandiera ta’ Malta, li aktarx inqalgħet minn ma’ xi arblu bir-riħ, kienet fost ammont kbir ta’ materjal li ltaqa’ miegħu Raniero Borg waqt li kien qed jogħdos fix-Xemxija.

Il-filmati mtella’ fuq il-paġna Raniero’s Adventures huma pjuttost xokkanti, u juru kif il-qiegħ tal-baħar hu miksi b’kull xorta ta’ skart.

L-istess għaddas saħansitra jiddikjara li “x-Xemxija qed tegħreq fil-plastik.”