Maltempata qawwija bil-borra ipparalizzat għal ħin twil it-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Malpensa f’Milan. Dan hekk kif it-temp kiefer issokta fl-aħħar sigħat fir-reġjuni tat-tramuntana tal-Italja.
Ir-riħ qawwi u s-silġ ħasdu l-ħajja ta’ żewġt irġiel fiz-zona ta’ Brescia.
Il-Protezzjoni Ċivili Taljana ħarġet twissija li testendi għall-24 siegħa li ġejjin.
Ir-riħ mistenni jlaħħaq il-qawwa ta’ 70 kilometru fis-siegħa.
//= $special ?>

