Il-Ħadd, fit-tieni jum li matulu d-dokumenti tal-vot setgħu jinġabru mill-għases tal-lokalitajiet rispettivi, inġabru 5,175 dokument.
Dan wara li s-Sibt, fl-ewwel nofs ta’ nhar li fih wieħed seta’ jiġbor id-dokumenti tal-vot mill-għases, kienu nġabru ftit iktar minn 4,250 dokument.
Il-ġbir tal-voti mill-għases fil-jum tas-Sibt ma kienx ippjanat mill-Kummissjoni Elettorali, li madankollu aċċettat li ssir din is-sessjoni fuq insistenza tal-Partit Nazzjonalista.
Dan ifisser li s’issa, mill-għases inġabru total ta’ 9,431 dokument tal-vot minn persuni li ma kinux id-dar meta tqassmu bieb b’bieb. Dan l-ammont ifisser li nġabru 12% tad-dokumenti li jinsabu għand il-Pulizija waqt li fadal 68,908 dokument tal-vot mhux miġbura.
L-iktar lokalità li rreġistrat dokumenti tal-vot miġbura mill-għases kienet Ħal Kirkop, fejn inġabru 27.2% tad-dokumenti li kienu mhux miġbura. L-inqas ċifra kienet irreġistrata f’San Ġiljan, fejn jgħixu ħafna residenti barranin, b’5.7%.
Għad fadal ukoll 400 persuna li tqassmilhom biss dokument tal-vot wieħed, meta kienu intitolati għal żewġ dokumenti tal-vot, kemm tal-Kunsill Lokali u tal-Parlament Ewropew. Minn dawn ħadd għadu ma ġabar it-tieni dokument li.
Daawk eliġibbli, suppost jirċievu dokument biex jivvutaw għar-rappreżentanti fil-Kunsilli Lokali kif ukoll dokument ieħor għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew … li t-tnejn isiru fil-25 ta’ Mejju.Sadattant, f’bidla oħra fl-aħħar sigħat, f’Għawdex, ir-residenti ta’ Marsalforn huma mfakkra li d-dokumenti tal-vot jistgħu jinġabru minn Kaċċatur Flats, Triq ix-Xagħra, f’Marsalforn. Dan hekk kif l-għassa tal-lokalità tinsab magħluqa.
//= $special ?>