Illum fuq Net Television mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar id-29 programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm, tingħata l-importanza lit-taekwando u l-iżvilupp li twettaq fil-klabb ta’ Santa Venera, l-aktar wara l-aħħar esperjenzi internazzjonali. Dan l-aħħar, Charles Camenzuli żar il-klabb fejn intervista lill-kowċ ewlieni tal-klabb Brian Saliba kif ukoll lill-atleti Gianluca Barbara u Jake Govus.
Fit-tieni parti tingħata ħarsa lejn l-għawm u l-aħħar riżultati miksuba minn Amy Micallef. L-għawwiema ta’ Sirens Aquatic Sports Club se tkun qed tipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Montenegro, bit-18-il edizzjoni tinsab ġimagħtejn bogħod. Fl-istess programm, tixxandar intervista wkoll mal-kowċ tagħha Delon Dannhauser.
Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Ramon Farrugia.
//= $special ?>