Traġedja li seħħet f’Vancouver Island laqtet lil familja Maltija.
Dan hekk kif persuna waħda tilfet ħajjitha u tnejn oħra ġarrbu ġrieħi gravi fiz-zona ta’ Brentwood Bay, f’Vancouver Island il-Kanada f’dik li jidher li kienet ġlieda vjolenti.
Skont il-kap tal-Pulizija ta’ Central Saanich, għall-ħabta tan-12.30am tas-Sibt, daħlu rapporti ta’ kommossjoni. Mal-wasla tagħhom, il-pulizija sabu sinjali ta’ taqbida vjolenti bejn erba’ persuni fir-residenza li ssejħu fiha.
Waħda mill-vittmi nstabet bla ħajja fuq il-post u tnejn oħra instabu bi ġrieħi gravi fuqhom.
Il-pulizija ma tawx dettalji tal-età jew l-identità tal-vittmi, iżda sid id-dar, Doris Caruana, qalet lill-midja li l-mejta hija n-neputija tagħha. Hi qalet ukoll li binha u iben in-neputija tagħha kienu jinsabu l-isptar.
Il-Pulizija fi Brentwood qed jitolbu informazzjoni dwar dan il-każ.

Intant persuna Maltija tellgħet post fuq Facebook relatata mal-każ.