Tarbija ta’ sentejn u xahrejn nhar l-Erbgħa filgħodu nstabet mejta fis-sodda tagħha mill-ġenituri u minkejja li daħlet fl-Isptar Mater Dei, kien konfermat li ma seta’ jsirilha xejn biex tingħatalha l-ħajja
Il-każ kienu infurmati bih il-Pulizija li marru fid-dar tal-ġenituri fiż-Żejtun u bdew bl-indaġni tagħhom.
Nhar il-Ġimgħa filgħodu saret l-awtopsja fuq il-katavru tat-tarbija, tifla, u fit-tmiem l-awtopsja l-Maġistrat tal-Għassa ordnat lill-Pulizija tissokta bl-istħarriġ tagħha filwaqt li ma tatx permess li ssir id-difna.
Għal xi raġuni mhux magħrufa, minn nhar l-Erbgħa sal-lum, il-Gvern ma ħareġ ebda komunikat, anqas permezz tal-Pulizija dwar il-mewt ta’ din it-tarbija.
//= $special ?>