-Minn Kenneth Vella
Fl-assenza ta’ tiġrijiet mill-oghla klassi Premier, il-bieraħ fil-għodu fil-korsa tal-Marsa spikkaw l-aktar żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn ghamlu parti mit-22 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u intrebħu minn Janske u And Here I Am.
Charles Camilleri u Rodney Gatt temmu l-aħjar sewwieqa bi tliet rebħiet. Fl-ewwel waħda kienet il-Germaniża Janske (Charles Camilleri) li kienet quddiem tul id-distanza. Din irnexxilha tieħu l-ewwel rebħa fi xtutna b’tul minn Kaching (Kurt Saliba) u M.T. Gogogirl (Nathaniel Barbara). Carro’s Gift (Mario Falzon) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Ħafna simili kienet it-tieni tiġrija mill-istess kategorija. Hawnhekk, And Here I Am (Rodney Gatt) kien fl-ewwel post mill-bidu sal-linja finali biex b’tul u nofs distakk akkwista l-ewwel rebħa staġjonali minn Quite A Feeling (Dolan Casha) u Uncle Wise As (Clint Vassallo). Dewey Luvs Britt (Julian Farrugia) kellu wkoll pjazzament pożittiv.
Ir-rizultati kollha I Tigrija.
Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Patriot Magi (C. Camilleri) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Rossi Dream (N. Baldacchino) 3. Barkaks Barabbas (J. Briffa) 4. High Handed (T. Demanuele) II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dehande (R. Gatt) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Juvel As (A. Curmi) 3. Dreamed Victory (J. Zahra) 4. Fakir Haleryd (R. Schembri) III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sitka Rod (T. Demanuele) Hin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Boko Won (S. Cassar) 3. Greatandeasy C. C. (N. Baldacchino)
4. Laddy Laday (M. Falzon) IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lady Jane (C. Camilleri) Hin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Get Lucky Pellini (J. Gafa’) 3. Against All Odds (C. Vassallo) 4. Dollydoo Laday (R. Gatt) V Tigrija. Klassi Bronze Dist – 2140m. 1.Oxygen Bi (I. Galea) Hin – 2.46.8” (1.16.5”) 2. Tea Party (M. Debono) 3. Trytocatchme (C. Camilleri) 4. Peggy Di Azzurra (A. Ellul) VI Tigrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Janske (C. Camilleri) Hin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Kaching (K. Saliba) 3. M.T. Gogogirl (N. Barbara) 4. Carro’s Gift (M. Falzon)
VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Oregon Frontline (R. Gatt) Hin – 2.51.5” (1.20.1”) 2. Svennes Neon (N. Baldacchino) 3. Skip Dimanche (J. Azzopardi) 4. More Mad Money (K. Saliba) VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. And Here I Am (R. Gatt) Hin – 2.42.7” (1.16”) Quite A Feeling (D. Casha) 3. Uncle Wise As (C. Vassallo) 4. Dewey Luvs Britt (J. Farrugia) IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Wies Buitenzorg (Ch. Grech) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Ellipsis AM (Ch. Gialanze’) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Bone Machine (F. Tanti)
//= $special ?>