Lokali Parlament

Aktar sinerġija fil-Qorti bejn l-Awtorita’ tal-Artijiet u dik tal-Ippjanar

Meta kienet qed titkellem dwar l-Estimi tal-Awtorita’ tal-Artijiet id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li għandu jkun hemm aktar sinerġija bejn l-Awtorita tal-Artijiet u l-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Qalet li l-Awtorita’ tal-Artijiet ilha tiffunzjona għal dawn l-aħħar sentejn, Qalet li ovvjament din għad trid issib saqajha, u għalhekk wieħed irid ikun kawt kif għandu jagħmel il-kritika tiegħu.

Bit-twaqqif ta’ din l-Awtorita’ żgur li baqa’ ħafna x’jsir kif qal il-Ministru Ian Borg, qalet Portelli, u anke pass tajjeb minn naħa tiegħu li stieden lill-Oppożizzjoni biex tgħin. Taqbel li wasal iż-żmien li jiddaħħal “time-frame” li kull talba minn naħa tal-pubbliku, l-konsumatur jingħata risposta ċara.

Hija ħadet spunt biex ikun hemm kommunikazzjoni tajba bejn l-Awtorita’ tal-Artijiet u l-Aworita’ tal-Ippjanar. Ġieli jkun hemm ħruġ ta’ permessi li għandu jkollhom “feedback” mill-Awtorita’ tal-Artijiet, speċjalment mhux biss waqt il-proċess ta’ konsulazzjoni, imma anke wara li joħorġu l-permessi.

Meta l-permess ikun għadu fi stadju ta’ konsultazzjoni, fejn jiġu konsultati diversi entitajiet fosthom il-“Lands Authority”. Vera għandha ħafna xogħol quddiemha, imma l-kelliema esiġiet li l-“feedback” tagħha għandu jkun ċar u ekwivoku. Għax ħafna drabi, “no objection” subject to condition.

Dan huwa wieħed mill-punti li għandu jiġi ndirizzat, hemm ukoll awtoritajiet oħra li jimxu bl-istess mod, u dan anke minħabba li hemm nuqqas ta’ riżorsi umani. Allura huwa eżempju ċar li meta “Lands Authority” tagħti l-komunikat tagħha għandu jkun ċar. Hawn ukoll minn naħa tal-Oppożizzjoni biex xi ħaġa bħal din tkun tista’ tiġi ndirizzata.

Dwar il-komunikat aħjar bejniethom meta joħroġ il-permess, dan ikollu numru ta’ kundizzjonijiet, bħal meta għandun jibda l-iżvilupp u meta għandu jlesti. Mhux l-ewwel darba li jkun hemm min ma jistax jibda, minħabba jkollu bżonn xi “clearances”

Kien hemm sentenza mogħtija mill-Qorti li ċ-ċittadin żgur li ħa l-impressjoni li ċ-ċittadin mhux dejjem qed ikun kopert mid-deċijonijiet tal-Awtorita’ u ħafna jħossu li qegħdin jiġu abbużati. Portelli ipproponiet li jkun hemm mhux biss “time frame’ imma “working relationship” aħjar, biex b’hekk jitjieb l-operat.

Bit-teknoloġija tal-lum hemm fejn wieħed itejjeb l-affarijiet, fuq informazzjoni dwar titolu tal-artijiet u x’inhuma d-drittijiet tal-użu ta’ tali artijiet. B’hekk ikollna sistema aktar tasparenti dwar x’qed jiġri mill-artijiet tal-Gvern.