Lokali

Arrestat wara li nqabad imexxi d-droga sintetika

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, raġel mill-Marsa residenti l-Belt Valletta ġie arrestat.

Fl-aħħar ġranet, ir-raġel ta’ 50 sena ġie osservat mill-uffiċjali jbiegħ d-droga sintetika lil diversi persuni quddiem stabbiliment ġewwa Triq Nicolò Isouard, fil-Marsa.

Hekk kif twettaq l-arrest, fil-pussess tar-raġel instgħabu numru ta’ qratas bis-sustanza illeċita, kif ukoll fost oħrajn ammont ta’ flus kontanti.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-Marsi mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużat b’pussess aggravat u traffikat tad-droga – kif ukoll li huwa riċediv.