Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar it-Transport u l-Infrastruttura Toni Bezzina qal li l-“clearance” tal-awtoritajiet tal-artijiet hija aktar diffiċli u jdum ma toħroġ aktar mill-permess innifsu maħrug mill-Awtoritá tal-Ippjanar. Bezzina qal li dan qed jwassal biex ħafna drabi l- Awtoritá tal-Ippjanar qed twaqqa’ l-applikazzjoni minħabba li l-clearance tibqa’ ma toħroġx. Il-Kelliemi ssuġerixxa li din l-clearance għandha tkun part and parcel mill-applikazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar.
Huwa appella lill-Gvern biex jawtorizza dawk l-istrutturi li jkun f’għelieqi u hekk jintużaw mill-bdiewa fix-xogħol tagħhom biex mal-ħażin ma jeħilx it-tajjeb, anki jekk il-Gvern jagħmel tajjeb u jaqta’ l-abbuż. Huwa qal li persuna tingħata għalqa bil-qwiebel meta jagħmel kors fl-agrikultura iżda l-perjodu għandu jiġi estiż minn ħames snin kif inhi preżentament għal 10 snin.
Qal li fil-proċess ta’ meta ssir applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar għal permess ta’ użu ta’ art tal-Gvern, bħal meta jsir xi xogħol ta’ embellishment minn Kunsilli Lokali, jew xogħol fuq propjeta tal-Gvern minn individwi jew applikazzjonijiet għal siġġijiet u mwejjed u diversi xogħolijiet oħra li il-propjetarju tal-art ikun il-Gvern, qabel persuna tottjeni il-clearance tal-Awtorita tal-Artijiet, l-Applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar ma tiġiex validata.
Bezzina qal li f’ ċertu istanzi, tant iddum biex toħroġ tali “clearance” mill-Awtorita tal-Artijiet illi l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar tispiċċa taqa’. Spiċċajna li aktar iddum biex toħroġlok “clearance” mill-Awtorita tal-Artijiet mili biex toħroġlok il-“Clearance” mill-Awtorita tal-Artijiet.
Huwa tenna li għalkemm jifhem li hemm bżonn ta’ skrutinju fuq kull “clearance” mill-Awtorita tal-Artijiet, anzi għandu jsir kull skrutinju peress li din hi art pubblika, pero wasal iż-żmien illi bhal fil-każ tal-Awtorita tal-Ippjanar, għandu jkun hemm “timeframe” kemm iddum biex toħroġ tali “clearance”. Anzi, jemmen illi wasal iż-żmien illi din il-“clearance” għandu tkun parti integrali mill-proċess ta’ konsultazzjoni li ssir mill-Awtorita tal-Ippjanar.
Bezzina qal li mela, bħal ma fil-proċess tal-applikazzjoni tal-Permess mill-Awtorita tal-Ippjanar issir konsultazzjoni mal-WSC, mal-Korporazzjoni Enemalta, mas-Supretendenza tal-Wirt Kulturali u diversi entitajiet oħra, din il-“clearance” għanda ssir parti integrali minn din il-konsultazzjoni. B’ hekk ikun hemm “time frame” kemm idum il-proċess biex toħroġ il-“clearance” necessarja mill-Awtorita tal-Artijiet.
Barra minn hekk, qal id-Deputat Nazzjonalista ma jistax jifhem kif meta entita’ Governattiva bħal Kunsill Lokali tagħmel applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex issebaħ ġnien eżistenti fil-konfini tagħha, iddum xhur tistenna il-“clearance” mill-Awtorita tal-Artijiet meta il-benefiċarju ta’ tali xogħol ikun il-Gvern stess.
Avviz Legali numru 438/18 dwar Trasferiment ta’ Art Agrikola tal-Gvern
Huwa għamel ukoll referenza dwar l-Avviz Legali numru 438/18 dwar trasferiment ta’ Art Agrikola tal-Gvern, u enfasizza li din taghmel referenza għal art agrikola tal-Gvern u mhux tal-privat. Għalkemm din il-liġi kien ilu jagħmel referenza għaliha għal dawn l-aħħar seba’ snin, bażikament kemm ilu f’ dan il-Parlament, u jemmen li din il-liġi kienet pass il-quddiem biex bdiewa ġenwini jkunu jistgħu jiġġestixxu aħjar l-art agrikola tagħhom, sa issa, kif ikkonferma il-Ministru stess, għada ma ġiet iproċessata l-ebda applikazzjoni. U għalekk inutli nippromwovu għodda tajba għal ġid tal-agrikoltura f’ pajjiżna pero mbgħad ma tiġix użata.
Meta ġie ippreżentat dan l-Avviż Legali, l-Oppożizzjoni kienet mexxiet il-quddiem diversi mozzjonijiet fosthom li titneħħa r-restrizzjoni li f’ każ ta’ bdiewa ġenwini, strutturi li jinsabu f’ art agrikola tal-Gvern ma jkunux jistgħu jiġu trasferiti mal-art agrikola.
Wieħed irid jifhem illi biex bidwi ġenwin ikun jista jiġġestixxi bl-aħjar mod possibli l-art agrikola tiegħu, jkollu bżonn strutturi agrikoli fejn iżomm l-inġenji tiegħu kif wkoll l-għodda neċessarja għal ħdim tar-raba. U għalhekk, al Bezzina ma jistax jifhem kif strutturi agrikoli f’ raba agrikola, fil-każ ta’ bdiewa ġenwini din ma tkunx tista tiġi trasferita.
Huwa għamel ukoll referenza għal mozzjoni oħra ippreżentata mill-Oppożizzoni, dik li il-perjodu applikabbli biex tiġi trasferita raba agrikola tal-Gvern b’ rata preferenzjali lil persuni li jkunu temmew l-istudji agrikoli tagħhom tul dawn l-aħħar ħames snin tiġi estizża għal 10 snin.
Kif wkoll li din il-kirja b’ rata preferenzjali tiġi estiża minn ħames snin għal 10 snin. Jekk il-Gvern jerġa’ jieħu in konsiderazzjoni din il-mozzjoni tal-Gvern, taf tkun is-salvazzjoni tal-Agrikoltura f’ pajjiżna għaliex tħajjar aktar bdiewa żgħażagħ ikomplu fuq il-passi ta’ missirijiethom jew a dirittura jinvestu fis-setttur agrikolu.
Qabel għalaq, huwa rrigrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorita, lil dawk kollha li jagħtu servizz lil din l-Awtorita kif wkoll lic-Chairman u membri tal-Board tal-Governaturi tal-Awtorita tal-Artijiet li jien konvint illi fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jipprova jagħmel l-almu tiegħu biex ikun ta’ servizz għal pajjiżna.
//= $special ?>