Futbol Sport

Drinkwater jammetti li saq taħt l-effett tax-xorb

Il-midfielder ta’ Chelsea Danny Drinkwater ġie sospiż 20 xahar milli jsuq filwaqt li jrid jagħmel 70 siegħa servizz fil-komunità wara li ammetta li saq taħt l-effett tal-alkoħol.

Il-midfielder ta’ 29 sena, qabeż il-limitu b’darbtejn u nofs meta ħabat mal-ħajt bir-Range Rover fin-12.30am fit-8 ta’ April. Drinkwater li kellu żewġ passiġġieri nisa fil-karozza, kkawża £50,000 fi ħsarat fil-karozza.

Drinkwater li lagħab tliet logħbiet mat-tim nazzjonali Ingliż, naqas li jikseb post regolari fit-tim ta’ Chelsea hekk kif mhux fil-pjanijiet tal-manager Maurizio Sarri.