Duncan Bezzina hu ċ-champion nazzjonali tas-snooker meta fil-finali għeleb lil Aaron Busuttil 6-4 fil-finali fuq l-aqwa minn 11-il frame. Fil-finali li kienet ikkontrollata minn Ivan Brincat, Busuttil spikka b’żewġ breaks ta’ 99 u 60 filwaqt li Bezzina għamel break ta’ 69 punt. Dan kien ir-raba’ suċċess ta’ Bezzina. Fis-semifinali hu kien għeleb lil Brian Cini 5-3 filwaqt li Aaron Busuttil għeleb lil Alex Borg 5-4.
Duncan Bezzina rebaħ il-kampjonat nazzjonali tas-snooker għar-raba’ darba fil-karriera meta rebaħ il-finali li saret fl-Akkademja tas-Snooker fil-Ħamrun 6-4. Din il-logħba kienet ripetizzjoni tal-finali ta’ sentejn ilu, b’Aaron Busuttil jitlef it-tielet finali konsekuttiva. Il-kampjonat sar fuq diversi ġimgħat bl-aqwa plejers jieħsu sehem f’żewġ fażijiet ta’ gruppi.
Busuttil rebaħ l-ewwel frame bi break ta’ 99 punt, iżda Bezzina mar fil-vantaġġ bir-rebħ taż-żewġ frames sussegwenti. Aaron Busuttil wieġeb fir-raba’ frame meta daħħal il-boċċa l-ħadra, il-kannella, il-blu, ir-roża u s-sewda u ġab id-draw.
Il-ħames frame kien missielet b’Aaron Busuttil ikun f’pożizzjoni li jirbaħ il-frame iżda falla l-boċċa r-roża, b’Duncan Bezzina jieħu vantaġġ biex daħħal il-boċċa r-roża u ġie f’pożizzjoni tajba biex daħħal il-boċċa s-sewda u rebaħ il-frame.
Wara l-intervall, Busuttil għamel break ta’ 60 u għamel l-iskor 3-3, iżda breaks ta’ 47 u 69 poġġew lil Bezzina b’vantaġġ doppju u frame bogħod mir-rebħa. Busuttil naqqas id-distakk bi break ta’ 40 iżda l-plejer ta’ 38 sena għalaq il-logħba bir-rebħ tal-għaxar frame. Il-finali li kienet ikkontrollata minn Ivan Brincat.
//= $special ?>