Waqt attività tal-Partit Laburista fil-lokalità ta’ Birkirkara, il-Prim Ministru Joseph Muscat evita għal kollox milli jmiss mas-suġġett delikat tal-abort.
Dan wara li fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-bieraħ ħarġu dettalji dwar is-16-il darba li l-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti vvotaw favur l-abort fl-aħħar sentejn biss.
Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi vvotaw fost l-oħrajn favur il-fatt li l-abort hu illegali f’ċerti Stati Membri, fosthom Malta, imur kontra d-drittijiet tan-nisa u hi forma ta’ vjolenza. Ivvotaw ukoll favur li l-abort isir legali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Gżejjer Maltin.
Muscat ħarab milli jsemmi l-kelma abort 13-il jum wara li quddiem il-Berġa ta’ Kastilja tgħannaq mal-Kandidat tas-Soċjalisti Ewropej għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans. L-istess Soċjalisti li fil-Manifest Elettorali niżżlu iswed fuq l-abjad li jridu jdaħħlu l-abort fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Manifest, li Muscat u l-Partit Soċjalista Malti ħaddnu u approvaw.
//= $special ?>