Lokali

Fi Sqallija jsir il-funeral tas-sajjied li miet fit-traġedja taż-Zaira

F’Sirakuża ingħatat l-aħħar tislima lil Luciano Sapienza, is-sajjied Sqalli li miet meta nqalbet il-lanċa Zaira ftit ‘il barra mill-kosta Maltija.

Il-katidral ta’ Sirakuża kien mimli bin-nies li dalgħodu marru jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-familja ta’ Sapienza.

“Luciano se jibqa’ magħna”, qal il-kappilan fl-omelija tiegħu. Dan filwaqt li sellem ukoll il-memorja ta’ Zakaria, li hu r-raġel l-ieħor (Marokkin) li miet f’din it-traġedja ‘il barra minn Marsaskala.