Lokali Saħħa

Il-Partit Nazzjonalista bi 18-il proposta biex niġġieldu l-problemi tas-saħħa mentali f’pajjiżna

Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta 18-il proposta li jistgħu jitwettqu biex jiġu indirizzati l-isfidi li jaffaċċjaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, flimkien mal-familji tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista lest li jagħti l-id tal-koperazzjoni tiegħu lill-Gvern biex jassigura li dawn il-proposti jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli.

Dan qalu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Mentali Mario Galea waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġew preżentati l-proposti tal-Partit Nazzjonalista.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-kandidati Mario Galea qal li f’Malta, 1 minn kull 4 persuni jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali.

“Huma biss 3 minn kull 10 persuni li jbatu minn depressjoni li jfittxu u jingħataw il-kura, bil-maġġoranza ta’ dawk il-persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali ma jieħdux il-kura għaliha. Dan hu numru kbir wisq u hemm bżonn li jiġi indirizzat,” qal id-Deputat Nazzjonalista.

Depressjoni mhux ikkurata tibqa l-kawza ewlenija tas-suwicidju li f’dan l-ahhar globalment 40 sena zdied b’60%. Kull 40 sekonda madwar id-dinja jsir suwicidju u ghall-kull suwicidju li jirnexxi 20 ohra jaghmlu attempted suicide. Is-Suwicidju saret tragedja globali.

Hu qal ukoll li hu stmat li sa sentejn oħra, l-mard mentali se jkun aktar komuni fost il-Maltin u l-Għawdxin minn mard tal-qalb. “Diversi esperti qed jibżgħu li din l-pendemiija ta’ mard tista’ tħalli impatt aktar negattiv minn dak tal-kriżi finanzjarja ta’ ftit tas-snin ilu, u dan għaliex jista’ jkun hemm telf ta’ riżorsi umani, telf ta’ impjiegi, telf ta’ ġranet ta’ xogħol, kif ukoll pressjoni kbira fuq is-servizzi soċjali,” qal Mario Galea.

Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista huma dawn:

  1. Fid-dawl tal-fatt li diversi professjonisti telqu mill-qasam tas-saħħa mentali, għandhom jiġu impjegati numru ta’ professjonisti bħala psikologi, social workers u psikoterapisti.
  2. Jiżdiedu r-riżorsi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali li għandu rwol importanti biex jassigura li l-Liġi tas-Saħħa Mentali qed titħaddem kif suppost.
  3. Jiżdiedu s-sodod psikjatriċi fl-Isptar Mater Dei permezz ta’ bini ta’ swali ġodda fil-foot print ta Mater Dei.
  4. Jinbena unit għat-tfal u l-addoloxxenti bi problemi ta sahha mentali bl-aħħar teknoloġija medika li m’għandux ikun fl-Isptar Monte Karmeli.
  5. Tiżdied il-kurà tas-Sahha Mentali fil-komunità. Dan jghin biex nies bi problemi ta Sahha Mentali jsibu aktar il-kura li ghandhom bzonn.
  6. Jinfetħu aktar kliniċi u day centres għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
  7. Ghandha issir Strategija Nazzjonali ghall-prevenzjoni tas-suwicidju u dan kif qed titlon l-Unjoni Ewropea.
  8. Issir diskussjoni matura u responsabbli dwar kif jistgħu ikunu prevenuti s-suwiċidji.
  9. Jerġa’ jitwaqqaf il-Crisis Intervention Team b’tim multi dixxiplinarju li jaħdem 24 siegħa kuljum li gie zarmat minn dan il-gvern.
  10. Isir support line għall-pazjenti li jkunu qed jikkunsidraw li jagħmlu suwiċidju.
  11. Issir Zero Tollerance Campaign dwar l-istigma tal-mard mentali.
  12. Isiru kampanji ta’ edukazzjoni fl-iskejjel dwar is-saħħa mentali.
  13. Jitwaqqaf unit iffukat li jagħti appoġġ u għajnuna lill-qraba ta’ pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali.
  14. Ikun hemm Mental Health Policy f’kull post tax-xogħol biex persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jingħataw l-għajnuna minn kmieni.
  15. Issir kampanja ta’ prevenzjoni dwar kif jista’ jiġi evitat mard mentali.
  16. Isir screening fl-iskejjel biex jiġu identifikati persuni b’sinjali ta’ problemi ta’ saħħa mentali, biex dawn jingħataw il-kura mill-ewwel.
  17. Kull Kunsill Lokali jkollu Kunsillier responsabbli mill-ħidma ma’ problemi ta’ saħħa mentali.
  18. Ikun assigurat li jkun hemm support housing b’xejn għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Frank Psaila qal li l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni wkoll qed ikun proattiv u jressaq proposti konkreti lill-Gvern fis-saħħa mentali wkoll. Huwa qal li l-PN jimpurtah mis-soċjetà Maltija, u se jkun il-vuċi tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ħafna drabi jbatu fis-skiet. Għalhekk Irridu li l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jkunu ndirizzati llum qabel għada.

David Stellini qal li rridu naħdmu u nirsistu biex is-servizzi tas-saħħa mentali inkluż dawk ta’ promozzjoni u prevenzjoni jkunu l-aqwa possibbli u jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha b’mod aktar effettiv. Huwa qal li għalhekk l-MEPs li se jiġu eletti għall-PN jinsabu impenjati li jaħdmu fuq il-proposti konkreti kollha dwar is-saħħa fil-manifest elettorali.

Preżenti għall-konferenza tal-ahbarijiet kien hemm ukoll żewġ kandidati għall-Kunsilli Lokali; Charmaine Aquilina għall-Marsa u Alan Said kandidat għar-Rabat.