Il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Popolari Ewropew m’għandhom imkien imniżżla fil-Programm Elettorali l-abort jew xi sistema unika tat-taxxa … bħalma għandhom is-Soċjalisti Maltin u l-Ewropej.
Fil-fatt, il-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista jafu x’għandu jsir fil-Parlament Ewropew għax għandu viżjoni fl-Unjoni Ewropea.
Hekk qal il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew David Stellini waqt dibattitu ieħor fl-iskeda tal-Awtorità tax-Xandir, bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju.(
Stellini kompla li fil-Programm Elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista għandu għadd ta’ proposti biex il-poplu jimxi ‘il quddiem. Fost l-oħrajn, jemmen li għandha tinħoloq fondazzjoni indipendenti f’pajjiżna, li tkun responsabbli minn housing affordabbli għal kulħadd.
Fid-dibattitu, ħa sehem ukoll il-Kandidat Laburista Robert Micallef, li għal darba darbtejn ikkonferma li l-Gvern Malti qed jiffaċċja pressjoni biex jadatta s-sistema ta’ armonizzazzjoni tat-taxxa – jiġifieri sistema unika ta’ tassazzjoni.
Dwar dan, David Stellini spjega kif il-Partit Popolari Ewropew ilu snin jiddiskuti mas-Soċjalisti Ewropej biex jaraw li Liġijiet bħal dawn ma jidħlux. Kompla li fis-settur finanzjarju, Malta u Għawdex baqgħu maħkuma mill-mewġa ta’ kritika wara li isem pajjiżna deher fil-Panama Papers … u aktar minn hekk, meta l-Prim Ministru ma għamel xejn biex inaddaf isem pajjiżna.
U meta pajjiżna għandu Gvern bla pjan anke dwar l-Edukazzjoni, is-Saħħa u s-settur Soċjali, David Stellini qal li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun il-vuċi għal dawk fil-bżonn
Hu kompla li l-Partit Nazzjonalista jemmen li kulħadd għandu jkun importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna għax jemmen fil-Maltin u l-Għawdxin kollha.
//= $special ?>